28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/47
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Laboratories Ern vs UASI – Werner (Dynamic Life)
(Kawża T-454/15)
(2015/C 320/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratories Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Pérez Serres, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Matthias Werner (Neufahrn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bl-abjad, l-aħmar, l-oranġjo, l-isfar, l-aħdar u l-blu vjola li jinkludi l-elementi verbali “Dynamic Life” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 303 468
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 441/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru 011303468 DYNAMIC LIFE & design fil-klassijiet 5 u 32;
—
tikkundanna lill-UASI u lil Matthias Werner, fil-każ li jiddeċiedi li jintervjeni, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy