28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/48
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Vitra Collections vs UASI – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)
(Kawża T-455/15)
(2015/C 320/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vitra Collections AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentant: V. Von Bomhard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio Origini (Firenze, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ siġġu) – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 182 451
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 664/2011-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-intervejnent għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy