5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/29
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Foodcare vs UASI – Michalczewski (T.G.R. ENERGY DRINK)
(Kawża T-456/15)
(2015/C 328/26)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foodcare sp. z o.o. (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Matusik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dariusz Michalczewski (Gdańsk, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “T.G.R. ENERGY DRINK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 689 237
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 265/2014-2
Talbiet
—
tiddikjara l-invalidità tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy