5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/31
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Automobile Club di Brescia vs UASI – Rebel Media (e-miglia)
(Kawża T-458/15)
(2015/C 328/28)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Automobile Club di Brescia (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rebel Media Ltd (Wilmslow, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “e-miglia” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 782 673
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ R 1990/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonċerna l-punti 3 u 4;
—
tikkonferma b’mod sħiħ, minbarra dwar l-ispejjeż, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tat-30 ta’ Mejju 2014 dwar l-oppożizzjoni Nru B 1 900 540;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inkluż fir-rigward tal-proċedimenti preċedenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy