5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/33
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2015 – Capella vs UASI – Abus (APUS)
(Kawża T-473/15)
(2015/C 328/30)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Capella EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abus August Bremicker Söhne KG (Wetter/Volmarstein, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “APUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 415 511
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ R 117/2014-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob bidla fid-deċiżjoni kkontestata:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy