5.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/35
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2015 – L’Oréal vs UASI – LR Health & Beauty Systems (LR)
(Kawża T-475/15)
(2015/C 328/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “LR” – Trade mark Komunitarja Nru 11 047 578
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1143/2014-1
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Bord tal-Appell jiċħad, fil-punt 2, it-talba tar-rikorrenti għal prova ta’ użu mit-trade marks preċedenti tal-intervenjent bħala tardiva;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-qorti kif ukoll tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 40 tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy