12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/37
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – European Food vs UASI – – Société des Produits Nestlé (FITNESS)
(Kawża T-476/15)
(2015/C 337/42)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “FITNESS” – Trade mark Komunitarja Nru 2 470 326
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2542/2013-4
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni appellata u tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex jagħti deċiżjoni konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;
—
sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni appellata u tħassar it-trade mark Komunitarja Fitness Nru 2 470 326;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tar-regoli 37(b), (vi), u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 kif ukoll l-Artikolu 76 tar-Regolament Nruo207/2009
—
ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy