12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/40
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/15)
(2015/C 337/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ahrend Furniture (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce, V. Dor u S. Engelen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, id-data mhix magħrufa, li tagħti l-lott Nruo1 tas-sejħa għall-offerti Nruo OIB.DR.2/PO/2014/055/622 – “Provvista ta’ għamara” lil offerent ieħor;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ dritt imwettqa mill-konvenuta fil-waqt tal-analiżi kwalitattiva u teknika tal-offerta tar-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti, minkejja fit-talbiet tagħha f’dan is-sens, tal-elementi rigward l-evalwazzjoni finanzjarja tal-offerti.
Full & Egal Universal Law Academy