12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/41
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-485/15)
(2015/C 337/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, tal-31 ta’ Lulju 2015, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1323, tal-31 ta’ Lulju 2015, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Kunsill li jniżżel lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi, peress li ismu la huwa msemmi fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) u 1973 (2011) u lanqas fir-riżoluzzjonijiet li jemendaw 2213/2015 u 2214/2015.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li jinqasam f’żewġ partijiet:
—
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;
—
ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent minħabba l-assenza ta’ proċedura kontradittorja.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli ta’ dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, li jinqasam f’żewġ partijiet:
—
ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza;
—
ksur tad-drittijiet fundamentali, sa fejn, bl-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent, il-Kunsill ippreġudika l-libertà tiegħu li jitlaq u li jiġi kif ukoll id-dritt għall-proprjetà tiegħu.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza tal-fondatezza tal-atti kkontestati, sa fejn ma hemm ebda bażi fattwali solida li ssostni r-rilevanza tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy