12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/44
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – SGP Rechtsanwälte vs UASI – Verlag Friedrich Oetinger (tolino)
(Kawża T-490/15)
(2015/C 337/49)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SGP Rechtsanwälte Hero, Langbein, Zwecker PartGmbB (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Köklü, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verlag Friedrich Oetinger GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “tolino” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 651 288
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2042/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tkkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy