12.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 337/44
Rikors ippreżentat fil-25 ta Awwissu 2015 – Volkswagen vs UASI (ConnectedWork)
(Kawża T-491/15)
(2015/C 337/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “ConnectedWork” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 011 267
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 160/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy