26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/40
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2015 – Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus vs UASI – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)
(Kawża T-495/15)
(2015/C 354/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus (Pulpí, Spanja) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avuakt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spanish Oranges SL (Castellón, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MOUNTAIN CITRUS SPAIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 290 293
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 871/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 29 u 31;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy