26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/41
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMILE)
(Kawża T-499/15)
(2015/C 354/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SMILE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 601
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda R 1565/2014-2 u R 1939/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy