26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/43
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Rafhaelo Gutti vs UASI – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA)
(Kawża T-504/15)
(2015/C 354/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Rafhaelo Gutti, SL (Loja, Spanja) (rappreżentant: I. L. Sempere Massa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Transformados del Sur, SA (Sevilla, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikanti għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CAMISERIA LA ESPAÑOLA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 641 818
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2424/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 2424/2014-4, li tannulla l-oppożizzjoni B 2 226 655 u li tilqa’ l-Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 641 818 CAMISERIA LA ESPAÑOLA għall-prodotti fil-klassi 25 li fir-rigward tagħhom hija ġiet miċħuda.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy