26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/47
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – Sun Cali vs UASI – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)
(Kawża T-512/15)
(2015/C 354/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Cali (Denver, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “SUN CALI” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 482 369
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet R 1260/2104-5 u R 1281/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjent (potenzjali) għall-ispejjeż tal-proċedura amministrattiva quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tistabbilixxi data għas-seduta tal-kawża fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tkunx tista’ tiddeċiedi mingħajr ma tinżamm seduta.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-Każ T-1260/2014-5;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-Każ T-1281/2014-5.
Full & Egal Universal Law Academy