3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/42
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – myT vs UASI – Laboratories Indas (myBaby)
(Kawża T-519/15)
(2015/C 363/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: myT GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hauss-Löhde u M. Mette, avikati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratories Indas, SA (Pozuelo de Alarcon, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “myBaby” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 846 426
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1002/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ġunju 2015 fil-proċedimenti tal-appell R 1002/2014-2;
—
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;
—
tħassar id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-proċedimenti tal-appell R 1137/2014-2;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji).
Full & Egal Universal Law Academy