16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/48
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Diesel vs UASI – Sprinter megacentros del deporte (linja bil-kurvi u angolata)
(Kawża T-521/15)
(2015/C 381/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: A. Gaul, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sprinter megacentros del deporte, SL (Elche, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ linja bil-kurvi jew angolata) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 404 019
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18/06/2015 fil-Każ R 3291/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy