16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/48
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Bimbo/UASI – Globo (Bimbo)
(Kawża T-528/15)
(2015/C 381/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Globo SpA Servizi Commerciali (Illasi, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Bimbo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 028 405
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2015, fil-Każijiet magħquda R 2512/2013-4 u R 2549/2013-4
Talbiet
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, billi tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 028 405 fil-klassi 28;
—
sussidjarjament, u biss fil-każ li t-talba preċedenti tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali [ex Artikolu 87(2)].
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regola 19(1), (2) u (3) u tar-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza relatata miegħu;
—
Ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy