9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/37
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (START UP INITIATIVE)
(Kawża T-529/15)
(2015/C 371/38)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino (TO), l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, F. Branga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “START UP INITIATIVE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 011 838
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2777/2014-1
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;
—
tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy