9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/40
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)
(Kawża T-536/15)
(2015/C 371/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, J. Bärenfänger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ÏD Group (Roubaix, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Fashion ID” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 589 082
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2472/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nu 11 589 082 fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41 li huma s-suġġett tal-oppożizzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni korrispondenti adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2014 (Każ B 2 197 401) sa fejn id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħat l-oppożizzjoni intiża sabiex l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 589 082 tiġi miċħuda.
—
tiċħad l-oppożizzjoni mressqa fis-7 ta’ Ġunju 2012 kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo11 589 082 kollha kemm hi;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell ma ħadux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-impressjoni ġenerali prodotta mis-sinjali għandha tiġi evalwata billi wieħed jara t-trade mark ikkontestata fit-totalità tagħha, mingħajr ma jeżamina d-diversi dettalji tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy