9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/42
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Regent University vs UASI – Regent’s College (REGENT UNIVERSITY)
(Kawża T-538/15)
(2015/C 371/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Regent University (Virginia Beach, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Wilkinson, Solicitor u E. Himsworth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Regent’s College (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “REGENT UNIVERSITY” – Trade mark Komunitarja Nru 4 711 594
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1859/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Bord tal-Appell għal kunsiderazzjon ulterjuri;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li l-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni ssir parti intervenjenti f’dawn il-proċedimenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy