16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/51
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI – Audi (NSU)
(Kawża T-541/15)
(2015/C 381/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: M. Gurrado, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “NSU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 593 492
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 2132/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement l-UASI għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja;
—
tikkundanna lil Audi AG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI u quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Audi AG naqset milli turi użu ġenwin mit-trade mark preċedenti;
—
eżistenza ta’ differenza bejn il-komponenti u l-prodotti lesti;
—
eżistenza ta’ differenza bejn ir-roti u l-prodotti indikati fit-talba għal limitazzjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014.
Full & Egal Universal Law Academy