3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/43
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 – Terna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-544/15)
(2015/C 363/53)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Terna – Rete elettrica nazionale SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Police, L. Di Via, F. Covone, D.Carria, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
prinċipalment tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, u li jiġi stabbilit l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, sa fejn indikat fit-tabella annessa mal-miżura kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn ma tnaqqasx ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, fil-proporzjon korrispondenti unikament mal-benefiċċji miksuba minn CESI S.p.A.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, li Terna S.p.A. rċeviet fil-21 ta’ Lulju 2015 (prot. Nru 0011151), sa fejn hija eskluża l-applikabbiltà tal-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2004/17/KE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, u jiġi stabbilit l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rrikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, sa fejn indikat fit-tabella annessa mal-miżura kkontestata, kif ukoll kontra kull att preżuppost ieħor jew madankollu konnesss, b’riferiment partikolari, sa fejn huwa l-każ, għan-nota tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (Direttorat B – Sigurtà tal-provvista, swieq tal-enerġija u netwerks, B.1 – Politika tal-enerġija, sigurtà tal-provvista u netwerks), Nru ta’ referenza ENER.B1(2014)509729 tat-18 ta’ Ġunju 2014, kif ukoll għall-Audit Report Nru B22-09 tal-1 ta’ Frar 2013, sa fejn huma ddikajrati bħala mhux ammissibbli għar-rimbors l-ispejjeż sosntuti minn Terna S.p.A. fir-rigward tal-prestazzjonijiet imwettqa minn CESI S.p.A. fil-kuntest tal-proġetti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewewl motiv ibbażat fuq l-ammissibbiltà tar-rikors
—
F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li l-miżura kkontestata hija adottata fil-konfront ta’ din ir-rikorrenti, peress li l-effetti tagħha jirrigwardawha direttament u individwalment, u li din il-miżura, minkejja mingħajr miżura ta’ eżekuzzjoni konkreta, għandha tiġi kkunsidrata bħala definittiva u mhux bħala suġġetta għal reviżjoni sussegwenti min-naħa tal-konvenuta.
2.
It-tieni motiv rigward il-fondatezza tal-kontestazzjonijiet, l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14 u tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2004/17/KE fil-qasam ta’ subappalt għal prestazzjonijiet, difett fl-investigazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni tal-miżura kkontestata, l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu III.7(1), (4) u (6) tal-Annesss III tad-Deċiżjoni D/207630 tal-2008 u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu III.7(1), (4) u (6) tal-Anness III tad-Deċiżjoni D/7181 tal-2010, wara t-tnaqqis indebitu tar-rimbors tal-proġetti minħabba n-nuqqas allegat tal-applikazzjoni formali korretta min-naħa ta’ Terna tal-proċeduri fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratti.
—
Għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, li l-inklużjoni ta’ klawżola ta’ subappalt possibbli fil-ftehimiet qafas stipulati bejn Terna u CESI fi tmiem proċedura nnegozjata mhux ippreċeduta mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tistax titqies li tmur kontra d-Direttiva 2004/17/KE, u lanqas ma tista’ tiġi validament invokata bħala indikazzjoni allegata li tiżvela l-infondatezza tar-raġunijiet ta’ natura teknika li jippermettu l-għoti lil operatur partikolari.
—
Il-miżura tirriżulta vvizzjata anki minħabba raġuni ulterjuri, relatata mal-klassifikazzjoni żbaljata tar-relazzjoni bejn ftehim qafas u kuntratti individwali mogħtija minn Terna lil Cesi.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 40(3)(ċ) tad-Direttiva 2004/17/KE, billi l-Kummissjoni kkunsidrat bħala infondati l-preżupposti ta’ natura teknika li jippermettu l-għoti ta’ kuntratti lil operatur partikolari mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, u difetti fl-investigazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tat-talba għal rimbors.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 2004/17/KE u fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward ta’ Terna peress li eskludiet l-ammissibbiltà tat-talbiet għal rimbors dwar il-kuntratti inklużi fil-ftehim qafas minkejja l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt u l-irrilevanza ta’ wħud mill-ammonti għall-finijiet ta’ suġġettar għall-proċeduri Ewropej.
5.
Il-ħames motiv invokat sussidjarjament, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza u ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi kompletament it-talba għal rimbors minflok ma twettaq tnaqqis proporzjonat.
Full & Egal Universal Law Academy