30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/59
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill
(Kawża T-552/15)
(2015/C 398/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata li:
—
billi adottat u żammet fis-seħħ il-miżura restrittiva adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra BRK, annullata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 (Kawża T-25/11), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ta’ bidu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea;
—
illi konsegwentement, l-Unjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-danni subiti mir-rikorrent;
—
illi d-danni materjali jammontaw għal mhux iktar minn EUR 6 8 6 51 318, li magħhom irid jiżdied l-ammont ta’ interessi legali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkun iġġustifikat;
—
illi d-danni morali jammontaw għal mhux iktar minn EUR 5 2 5 47 415, li magħhom irid jiżdied l-ammont ta’ interessi legali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkun iġġustifikat;
—
sussidjarjament, li kull jew parti mill-ammonti mitluba bħala danni morali jitqiesu li jaqgħu taħt danni materjali, u li huma rrikonoxxuti bħala tali; u
—
illi l-Kunsill għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi, li tnejn minnhom għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, u tlieta minnhom mad-dannu li jirriżulta mill-illegalità mwettqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
—
Fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir allegat kontra l-Kunsill (adozzjoni u ż-żamma fis-seħħ ta’ ffriżar ta’ fondi tar-rikorrent) debitament ikkonstatata permezz tas-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill T-24/11, Ġabra, EU:T:2013:403.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-illegalità mwettqa mill-Kunsill hija ksur suffiċjentement serju tar-regoli tal-liġi maħsuba sabiex jagħtu drittijiet lill-individwi.
—
Fir-rigward tad-dannu li jirriżulta mill-illegalità mwettqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-waqfien tal-attivitajiet tar-rikorrent ma’ istituzzjonijiet li jinsabu fl-Unjoni Ewropea minħabba l-iffriżar tal-fondi tiegħu.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq telf ta’ profitt wara l-iffriżar tal-linji ta’ kreditu.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq dannu morali.
Full & Egal Universal Law Academy