30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/62
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-554/15)
(2015/C 398/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 4805, tal-15 ta’ Lulju 2015, dwar il-kontribuzzjoni tas-saħħa Ungeriża tal-impriżi tas-settur tat-tabakk sa fejn hija tordna s-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-rati ta’ tassazzjoni progressivi tal-Liġi Nru XCIV tal-2014 dwar il-kontribuzzjo ni tas-saħħa 2015 tal-impriżi tas-settur tat-tabakk adottata mill-Parlament Ungeriż u tat-tnaqqis ta’ tassazzjoni fil-każ ta’ investiment, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-użu ħażin tas-setgħa diskrezzjonali, tal-iżball ta’ evalwazzjoni manifest u tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
Qabel kollox ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni manifest billi ordnat is-sospensjoni u li, billi għamlet hekk, hija eċċediet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u fl-istess waqt kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
—
Fit-tieni lok ir-rikorrenti ssostni li l-prassi tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni għandha titqies li hija inkoerenti u li minn dan jirriżulta nuqqas ta’ osservanza ta’ kull diskriminazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża
—
Fit-tielet lok ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari l-pożizzjoni tagħha li l-Kummissjoni, meta ordnat is-sospensjoni, ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u tad-dritt għal rimedju effettiv
—
Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-ordni ta’ sospensjoni tal-Kummissjoni tikser il-garanziji ġuridiċi fundamentali bħall-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u d-dritt għal rimedju effettiv.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq kontradizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni u fuq in-nuqqas ta’ preċiżjoni tagħha
—
F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li billi adottat id-deċiżjoni ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li fil-każ tat-taxxa li għandha tiġi ddeterminata permezz tal-awto-likwidazzjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi ma humiex f’pożizzjoni li jipprekludu l-għoti tal-imsemmija għajnuna, u barra minn hekk id-deċiżjoni hija kontradittorja minħabba l-għan tas-sospensjoni. Għaldaqstant hija ma stabbilixxietx norma ċara ta’ aġir, filwaqt li timponi lill-awtoritajiet Ungeriżi l-implementazzjoni tad-deċiżjoni.
Full & Egal Universal Law Academy