30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/63
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-555/15)
(2015/C 398/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u G. Koós)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4808 tal-15 ta’ Lulju 2015 dwar il-modifika fl-2014 tat-taxxa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari, sa fejn l-imsemmija deċiżjoni teżiġi s-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-rati progressivi tat-taxxa ta’ spezzjoni tal-katina alimentari fl-Ungerija;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq abbuż tas-setgħa diskrezzjonali, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
—
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, meta ordnat is-sospensjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, u li b’hekk, marret lil hinn mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u kisret fl-istess waqt il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
—
Ir-rikorrenti ssostni fit-tieni lok li l-prassi tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ sospensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala inkoerenti u li minnha jirriżulta nuqqas ta’ osservanza tal-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża
—
Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari fit-tielet lok il-pożizzjoni tagħha li l-Kummissjoni, billi ordnat is-sospensjoni, ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u tad-dritt għal rimedju effettiv
—
Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-ordni ta’ sospensjoni tal-Kummissjoni tikser il-garanziji legali fundamentali bħall-obbligu ta’ kooperazzjoni leali u d-dritt għal rimedju effettiv.
Full & Egal Universal Law Academy