25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/59
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-559/15)
(2016/C 027/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Post Bank Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu materjali u morali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-miżuri restrittivi li l-Kunsill impona fuqha illegalment taħt l-atti illegali tal-Kunsill li ġejjin: i) Id-Deċiżjoni 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1); ii) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 (2); iii) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (3); iv) ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4); v) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (5);
—
tagħti lir-rikorrenti danni ta’ ammont totali ta’ EUR 203 695 040 li jkopru kemm id-dannu morali u d-dannu materjali li hija sostniet bħala riżultat ta’ atti illegali tal-Kunsill,
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-argumenti li ġejjin.
1.
Hija tispjega li, skont l-Artikolu 340 TFUE, il-vittma ta’ dannu kkawżat minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jista’ jitlob il-kumpens minn din l-istituzzjoni. Il-ġurisprudenza ppreċiżat il-kundizzjonijiet li tali talba għad-danni għandha tissodisfa; is-sentenza tal-25 ta Novembru 2014, Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill (T-384/11, Ġabra, EU:T:2014:986) tiġborhom fil-qosor kif ġej: a) l-illegalità tal-aġir tal-istituzzjoni; b) ir-realtà tad-dannu, u ċ) l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu allegat.
2.
Ir-rikorrenti tiddikjara li l-kundizzjonijiet imsmemija hawn fuq huma ssodisfatti t-tlieta fil-każ tagħha: il-Kunsill wettaq “ksur serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, fis-sens tal-ġurisprudenza” kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013, Post Bank Iran vs Il-Kunsill (T-13/11, EU:T:2013:401); ir-rikorrenti subiet dannu morali u materjali konsiderevoli; u dan id-dannu huwa l-konsegwenza diretta ta’ sanzjonijiet illegali.
3.
Ir-rikorrenti tindika wkoll li, kif spjegat fl-iżviluppi li jinsabu fir-rikors, id-d-dannu morali li hija sofriet huwa stmat għal ammont ta’ EUR 1 000 000.00 u d-dannu materjali, li kien evalwat minn awdituri indipendenti, huwa ta’ ammont ta’ EUR 202 695 040.
(1) ĠU L 281, p. 81.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, ĠU L 281, p. 1.
(3) ĠU L 319, p. 71.
(4) ĠU L 319, p. 11.
(5) ĠU L 88, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy