14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/32
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 minn LM mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża F-109/14, LM vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-560/15)
(2015/C 414/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: LM (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-digriet appellat.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Lulju 2015 (Kawża F-109/14) li ċaħad bħala manifestament infondat rikors intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lill-appellanti, bħala l-pensjoni ta’ superstiti li minnha hija tibbenefika, 35 % tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar riċevuta mill-ex konjuġi tagħha fid-data tal-mewt tiegħu.
Insostenn tat-talbiet tagħha, l-appellanti ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma eżaminax it-talba għal żieda tal-pensjoni abbażi tal-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll tat-Trattat ta’ Lisbona li jirrikonoxxi d-dritt tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali.
Full & Egal Universal Law Academy