23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/63
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Universidad Internacional de la Rioja vs UASI – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA UNiR)
(Kawża T-561/15)
(2015/C 389/71)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Universidad Internacional de la Rioja, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Universidad de la Rioja (Logroño, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA UNiR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 738 093
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1914/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 738 093 u, konsegwentement, tilqa’ r-reġistrazzjoni tagħha.
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Id-deċiżjoni kkontestata ma tidentifikax b’mod adegwat il-konsumaturi medji tal-prodotti u tas-servizzi speċifiċi.
—
Id-deċiżjoni kkontestata ma twettaqx analiżi adegwata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy