30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/65
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/15)
(2015/C 398/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Glazener, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2015 li tiċħad il-proposta tar-rikorrenti bħala risposta għas-sejħa għal proposti fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1921 finali, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
—
tordna lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni oħra fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fi żmien tliet xhur mid-data tas-sentenza;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
—
L-evalwazzjoni tal-proposta tar-rikorrenti hija żbaljata għal dak li jirrigwarda l-kriterji ta’ għoti dwar ir-rilevanza, l-impatt u l-kwalità. Kieku saret evalwazzjoni xierqa fid-dawl ta’ dawk il-kriterji, il-proposta kellha tintgħażel għall-kofinanzjament tal-UE.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament
—
Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-deċiżjoni kkontestata peress li ma għażlitx il-proposta tar-rikorrenti, filwaqt li għażlet proposti oħra simili relatati mat-teknoloġija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
Full & Egal Universal Law Academy