30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/67
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Excalibur City vs UASI – Ferrero (MERLIN’S KINDERWELT)
(Kawża T-566/15)
(2015/C 398/81)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Excalibur City s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MERLIN’S KINDERWELT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 2 02 066
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1617/2014-1
Talbiet
—
timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad l-oppożizzjoni tal-opponent;
in eventu
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-26 ta’ Mejju 2014, Oppożizzjoni Nru B 002152844;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy