30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/68
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Morgese et vs UASI – All Star
(Kawża T-568/15)
(2015/C 398/82)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta, l-Italja), Felice D’Onofrio (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: All Star CV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “2 STAR 2S” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 1 61 065
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1906/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, inkluż id-dispożittiv tagħha, tal-Bord;
—
ir-rikorrenti jitolbu l-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell flimkien ma’ kwalunkwe miżura u/jew deċiżjoni komplimentari jew oħra li l-Qorti Ġenerali jista’ jidhrilha xieraq.
Motiv invokat
—
Id-deċiżjoni kkontestata waslet għal konklużjoni żbaljata dwar in-natura tat-trade marks u l-elementi tagħhom, li jista’ jkollha impatt sinjifikattiv fuq il-konsumaturi rilevanti.
Full & Egal Universal Law Academy