23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/64
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Aldi vs UASI – Rouard (GOURMET)
(Kawża T-572/15)
(2015/C 389/72)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GOURMET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 5 09 446
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1985/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy