7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/38
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI – Núñez Martín u Machado Montesinos (KOZMETIKA AFRODITA)
(Kawża T-574/15)
(2015/C 406/38)
Lingwa tar-rikors: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Kozmetika Afrodita d.o.o. (Rogaška Slatina, is-Slovenja) (rappreżentant: B. Grešak, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pedro Nuñez Martín (Madrid, Spanja) u Carmen Guillermina Machado Montesinos (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “KOZMETIKA AFRODITA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 7 98 253
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2577/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 50(2)(ħ) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy