14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/33
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – Azur Space Solar Power vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċellola solari)
(Kawża T-578/15)
(2015/C 414/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Azur Space Solar Power GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Nicodemus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ċellola solari) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 201 973
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2780/2014-4
Talbiet
—
tannulla r-rifjut tal-UASI;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy