1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/62
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2015 – Flamagas vs UASI – MatMind (CLIPPER)
(Kawża T-580/15)
(2016/C 038/84)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flamagas, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, G. Hinarejos Mulliez u D. Gabarre Armengol, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MatMind Srl (Formello, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ lajter li tinkludi l-element verbali “CLIPPER”) – Trade mark Komunitarja Nru 4 758 652
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/07/2015 fil-Każ R 942/2013-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-22/03/2013 fil-Proċedimenti Nru C 5642 kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 758 652;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy