7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/40
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-584/15)
(2015/C 406/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon Dimosia Ltd (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-fajl CY/PDO/0005/01243 sottomess mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għar-raġuni li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012 L 343, p. 1), kif provduti mill-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-regolament, u li tipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-referenza 2015/C 246/12;
—
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
—
L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tmur lil hinn mill-istandard CYS 94 (Parti 1 & 2) 1985 dwar il-kontenut ta’ ħalib fil-proċess ta’ produzzjoni tal-ġobon “Halloumi”.
—
L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma vverifikatx il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mal-proċedura prevista mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
—
Ma ngħatax terminu raġonevoli sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal appell.
—
L-awtoritajiet nazzjonali ma eżaminawx b’mod xieraq l-oġġezzjoni mqajma mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy