7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/41
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)
(Kawża T-585/15)
(2015/C 406/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “GREEN BEANS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 4 10 801
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 3002/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tirrinvija l-każ tar-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell sabiex jiddeċiedi fuq il-mertu tat-talba ta’ restitutio in integrum fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1530/2013-1;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 58, 65(5), 75, 81(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regola 65 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy