7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/42
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2015 – Nara tekstil sanayi ve ticaret vs UASI – NBC Fourth Realty (NaraMaxx)
(Kawża T-586/15)
(2015/C 406/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (Osmangazi-Bursa, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba, L. Monzón de la Flor, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NBC Fourth Realty Corp. (North Las Vegas, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “NaraMaxx” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 1 42 461.
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1073/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni li tilqa’ l-oppożizzjoni B 2122938;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti minn Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi;
—
tikkundanna lil NBC Fourth Realty Corp. għall-ispejjeż sostnuti minn Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy