25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/61
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-589/15)
(2016/C 027/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eurorail NV (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: J. Derenne, N. Pourbaix u M. Domecq, avukati)
Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tikkonstata skont l-Artikolu 272 TFUE li d-deċiżjoni tal-INEA tas-17 ta’ Lulju 2015 li tirrexxindi l-Ftehim ta’ sussidju (1) u li tordna l-ħlas lura ta’ parti mill-pagamenti bil-quddiem imħallsa lir-rikorrenti hija illegali u inapplikabbli u li l-ammont finali tal-pagamenti bil-quddiem dovuti lir-rikorrenti għandu jiġi ffissat għal EUR 951 813 EUR;
—
sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni u l-INEA għandhom jiġu ddikjarati kuntrattwalment responsabbli għat-telf li ġie kkawżat lilha minħabba d-deċiżjoni u tordna l-ħlas lura ta’ EUR 581 770 EUR (somma flimkien mal-interessi);
—
sussidjarjament, tordna lill-INEA/lill-Kummissjoni jirtiraw id-deċiżjoni;
—
tikkundanna lill-INEA/lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim ta’ sussidju. Konsegwentement, ir-rikorrenti ssostni li kien żbaljat li l-Ftehim ta’ sussidju ġie rexiss u li ntalab il-ħlas lura ta’ parti mis-sussidji li ngħatawlha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-prinċipju li l-obbligi kuntrattwali għandhom jitwettqu in bona fide.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.
(1) Ftehim ta’ sussidjuMPO/09/058/SI1.5555667 “RAIL2” (Marco Polo II Call 2009).
Full & Egal Universal Law Academy