14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/35
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Novartis vs UASI – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ roqgħa)
(Kawża T-592/15)
(2015/C 414/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ roqgħa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 293 362
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2342/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq mill-Bord tal-Appell tal-UASI.
Full & Egal Universal Law Academy