14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/36
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2015 – The Art Company B & S vs UASI – G-Star Raw (THE ART OF RAW)
(Kawża T-593/15)
(2015/C 414/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentant: J. Villamor Muguerza u L. Sánchez Calderón, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “THE ART OF RAW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 093 036
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 1980/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-applikant għal trade mark Komunitarja (fil-każ li jintervjeni) għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy