30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/76
Rikors ippreżentat fl-14 ta Ottubru 2015 – Metabolic Balance Holding vs UASI (Metabolic Balance)
(Kawża T-594/15)
(2015/C 398/88)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Metabolic Balance Holding GmbH (Isen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Metabolic Balance” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 2 5 86 137
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2156/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy