14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/37
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Batmore Capital vs UASI – Univers Poche (POCKETBOOK)
(Kawża T-596/15)
(2015/C 414/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Batmore Capital Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Univers Poche (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “POCKETBOOK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 034 872
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/07/2015 fil-Każ R 1952/2014-1
Talbiet
—
tikkunsidra dan l-appell ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
—
tirreġistra l-parti Komunitarja tar-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 034 872;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ħlasijiet u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti.
Motivi invokati
—
evalwazzjoni żbaljata tas-similarità tal-prodotti u s-servizzi;
—
evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali f’kunflitt.
Full & Egal Universal Law Academy