7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/42
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-598/15)
(2015/C 406/44)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Accolade (Drachten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. de Boer u J. Abma, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Ġunju 2015, innotifikata taħt in-numru C(2015) 4411 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34676 (2015/NN), implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi (bejgħ ta’ proprjetà immobbli mill-Komun ta’ Harlingen allegatament taħt il-prezz tas-suq);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni rrestrinġiet b’mod żbaljat l-ilment tar-rikorrenti għal parti żgħira tat-tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli globali li saret bejn il-Komun ta’ Harlingen u Ludinga VG.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni jew fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-investitur privat. Il-Kummissjoni analizzat it-tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli billi użat b’mod żbaljat skala ta’ valur bejn 14 u 24 EUR.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-data u l-preżunzjonijiet li servew ta’ bażi għall-prezzijiet li jikkomponu din l-iskala ta’ valur ma humiex kompatibbli bejniethom. Huwa b’dan il-mod li t-tranżazzjonijiet ta’ referenza ma humiex komparabbli mat-tranżazzjoni kontenzjuża.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq verifika tal-prezz żbaljat għall-iskala ta’ valur.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni manifestament inkorretta tal-fatti allegati rigward il-vantaġġi indiretti.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni rigward il-miżura kkontestata mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy