15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/20
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2015 – PAN Europe et. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-600/15)
(2016/C 059/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju), Unione nazionale associazioni apicoltori italiani (Unaapi) (Castel San Pietro Terme, l-Italja) (rappreżentanti: B. Kloostra, avukat, A. van den Biesen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1295 (1); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (2) u Anness I u Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 meta adottat ir-regolament ikkontestat u approvat it-tqegħid fis-suq ta’ sulfoxaflor.
—
Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
—
Il-Kummissjoni aġixxiet ukoll bi ksur tal-Artikolu 4 flimkien mal-Artikolu 6(f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u ta’ punt 1.1 u 2.2 tal-Anness II għar-Regolament u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
—
Il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 6(i) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u/jew ma applikatx korrettament ir-rekwiżiti relatati mal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi kif imniżżel fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat jikser id-dritt għall-proprjetà ta’ dawk li jrabbu n-naħal u dritt tagħhom għall-intrapriża kif imniżżel fl-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjon aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, konsistenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u d-dmir ta’ premura, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1295, tas-27 ta’ Lulju 2015, li japprova s-sustanza attiva sulfoksaflor, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 199, p. 8).
(2) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, p. 1).
(3) Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy