7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/17
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Jenkinson vs Il-Kunsill et
(Kawża T-602/15)
(2016/C 090/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Liam Jenkinson (Keery, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. de Montigny u K. -N. Louis, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u Azzjoni Konġunat tal-Unjoni Ewropea, “Eulex Kosovo”
Talbiet
Prinċipalment:
– 1.
Fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kunratt irregolat mid-dritt privat:
—
tikklassifika mill-ġdid ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu fil-kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat;
—
tikkonstata l-ksur mill-konvenuti tal-obbligi kuntrattwali tagħhom u, b’mod partikolari, tan-notifika ta’ preavviż fil-kuntest ta’ ksur ta’ kuntratt, għal żmien indeterminat;
Konsegwentement, bħala kumpens tad-dannu subit mill-użu abużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg suċċessivi għal żmien determinat li ħoloq inċertezza prolongata fir-rikorrent u l-ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż ta’ ksur tal-kuntratt:
—
tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrent kumpens ta’ preavviż ta’ EUR 176 601,55ikkalkolat fuq l-anzjanità ta’ servizz tiegħu fi ħdan il-missjonijiet maħluqa mill-Unjoni Ewropea;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrent kumpens ta’ preavviż ta’ EUR 45 985,15ikkalkolat inkunsiderazzjoni tat-tul tas-servizzi tiegħu għar-raba’ konvenuta;
—
tiddeċiedi li t-tkeċċija tar-rikorrent hija abużiva u tikkundanna, konsegwentement, lill-konvenuti sabiex iħallsuh kumpens għad-danni ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;
—
tikkonstata li l-konvenuti ma stabbilixxew id-dokumenti korporattivi legali tat-terminazzjoni ta’ kuntratt u
—
tikkundannahom iħallsu lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 100,00 għal kull jum ta’ tardività mill-preżentata ta’ dan ir-rikors;
—
tikkundannhom li jittrażmettu d-dokumenti korporattivi ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuti li jħallsu l-interessi fuq is-somom iċċitatati iktar ’il fuq, ikkalkolati bir-rata legali tal-Belġju.
– 2.
Fir-rigward tal-abbuż ta’ poter u tad-diskriminazzjoni eżistenti:
—
tiddikjara li l-ewwel tliet konvenuti ddiskriminaw lir-rikorrent, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, matul il-perijodu ta’ ingaġġ tiegħu fi ħdan il-missjonijiet li huma stabbilixxew, f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tiegħu, d-drittijiet ta’ penzjoni tiegħu u l-benefiċċji rrelatati, kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-garanzija ta’ impjieg sussegwenti;
—
tikkonstata li r-rikorrent kellu jiġi rreklutat bħala membru tal-persunal temporanju minn wieħed mill-ewwel tliet konvenuti;
—
tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti li jikkumpensawh għat-telf ta’ remunerazzjoni, ta’ pensjoni, allowances u benefiċċji maħluq mill-ksur tad-dritt Komunitarju ċċitata iktar ’il fuq;
tikkundannahom li jħallsuh l-interessi fuq dawn is-somom, ikkalkolati bir-rata legali tal-Belġju;
—
tiffissa terminu għall-partijiet sabiex jiġi stabbilit l-imsemmi kumpens filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-grad u l-iskala li fihom ir-rikorrent kellu jiġi ingaġġat, tal-progressjoni medja ta’ remunerazzjoni, tal-evoluzzjoni tal-karriera tiegħu, tal-allowances li kellu għaldaqstant jirċievi skont dan il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju; u tipparaguna r-riżultati miksuba mar-remnureazzjoni effettivament riċevuta mir-rikorrent.
Sussidjarjament:
—
tikkonstata l-ksur tal-obbligi tagħhom mill-konvenuti;
—
tikkundanahom sabiex jikkumpensaw lir-rikorrent għad-dannu li jirriżulta mill-imsemmija ksur, li huwa stmat fl-ammont ex aequo et bono ta’ EUR 150 000,00.
Fi kwalunkwe każ:
tikkundanna lill-konvenuti jħallsu l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq abbuż ta’ dritt imwettaq mill-konvenuti fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat u fuq il-ksur minn dawn tal-aħħar tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
2.
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur mill-konvenuti tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva.
3.
It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent.
5.
Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ ċertezza legali kkawżata mill- konvenuti fir-rigward tar-rikorrent u tal-ksur minn dawn tal-aħħar tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.
6.
Is-sitt motiv, huwa bbażat fuq ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal.
7.
Is-seba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba.
8.
It-tmien motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema.
Full & Egal Universal Law Academy