11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/31
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – Basic Net vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi vertikali)
(Kawża T-612/15)
(2016/C 007/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Basic Net SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva “rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi vertikali” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 880 481
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2845/2014-1
Talbiet
—
prinċipalment, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tal-argumenti, li jinsabu f’dan ir-rikors flimkien mal-provi u d-dokumenti prodotti fl-ewwel żewġ stadji tal-proċedimenti u, mingħajr ma tibgħat il-kawża lura, tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 880 481, fuq il-bażi li d-deċiżjoni kkontestata għandha titqies ivvizzjata minħabba ksur in primis tar-regoli stipulati fl-Artikoli 7(1)(b) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u, sussidjarjament, tar-regoli stipulati fl-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-regolament;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell;
—
tiddetermina l-ammont tal-ispejjeż ġudizzjarji li għandhom jiġu sostnuti mill-UASI.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy