11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/31
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
(Kawża T-613/15)
(2016/C 007/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaiki Dinamiki – Proigmena Sistimata Tilepikinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Sfiri, avukat)
Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
Talbiet
—
tannulla l-avviż tal-kuntratt Nru 2015/S 162-295659 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru S 162 tat-22 ta’ Awwissu 2015;
—
tikkundanna lil Frontex tħallas għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba t-telf ta’ opportunità li jikkonkludu l-kuntratt li kien tħabbar, dannu li huma jevalwaw ex aequo et bono għal EUR 85 000, b’interessi mid-data tal-għoti tas-sentenza jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mill-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-avviż ta’ kuntratt ikkontestat għandu jiġi annullat, skont l-Artikolu 263 TFUE sa fejn huwa kuntrarju għall-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ non-diskriminazzjoni li jirregola l-kuntratti pubbliku u sa fejn jikser l-Artikolu 102(1) tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikoli 146(1) u 147 tar-Regolament ta’ Delega (2)
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Full & Egal Universal Law Academy