25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/67
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Transtec vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-616/15)
(2016/C 027/85)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet ta’ kumpens tal-Kummissjoni Ewropea inklużi fl-ittri tagħha tal-25 ta’ Awwissu, 27 ta’ Awwissu, 7 ta’ Settembru, 16 ta’ Settembru u 23 ta’ Settembru 2015 u maħsuba għall-irkupru tal-ammont ta’ EUR 624 388,73;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 624 388,73 miżjud bl-interessi moratorji, li għandhom jiġu stabbiliti abbażi tar-rata regolatorja tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali ivvalutat b’mod simboliku fl-ammont ta’ EUR 1;
Motivi u agrumenti prinċipali
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ma għandhomx bażi legali valida.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ arrikkiment indebitu, peress li l-ammont ta’ EUR 607 096,08, miżjud bl-interessi, ittieħed mill-patrimonju tar-rikorrenti u tejjeb il-patrimonju tal-Kummissjoni mingħajr ma kien hemm bażi legali għal dan l-arrikkiment.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 42, 44, 45 u 47 tar-Regolament finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-iżvilupp, sa fejn il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħa ta’ evalwazzjoni mogħtija lilha minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministazzjoni tajba, sa fejn il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbaljji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy